Ikel
Ippremjati l-aqwa ristoranti f’Malta u Għawdex

Qabel tibda r-rankatura tal-Milied, l-aktar żmien bieżel għar-ristoranti, l-operaturi tal-iprem ristoranti Maltin ħadu pawża qasira biex iċċelebraw il-varjetà kulinari tagħhom fl-attività annwali li fiha jiġu ppremjati l-aqwa ristoranti Maltin.

Bi tradizzjoni ta’ 20 sena, id-direttorju tal-aqwa restoranti Maltin “The Definitively Good Guide to Restaurants in Malta and Gozo”, din is-sena jelenka 150 ristorant minn fost il-mijiet jekk mhux eluf ta’ postijiet fejn wieħed jista’ jimla żaqqu. L-għażla tar-ristoranti li daħlu fid-direttorju u li wħud minnhom ġew ippremjati f’diversi kategoriji ma ssirx mill-ġurija iżda permezz ta’ stħarriġ fost il-klijenti li jkunu esperjenzaw l-ikla tagħhom u ħallew il-kummenti tagħhom fi stharriġ online.

Lisa Grech – id-direttur maniġerjali ta’ dan id-direttorju qalet li l-lista finali tar-ristoranti saret fuq il-bażi ta’ aktar minn tlett klijenti li kielu fir-ristoranti medja ta’ żewġ ikliet fil-ġimgħa li mlew survey online dwar l-esperjenza tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mhux biss mal-ikel servut iżda wkoll mas-servizz u l-ambjent tal-post fost oħrajn.

Spjegat li s-survey ġie evalwat minn kumpanija Amerikana speċjalizzata biex tiċċertifika l-validità ta’ kull risposta li tkun ingħatat fl-istħarriġ. Is-sinjura Grech qalet li d-diversità u l-kwalità tar-ristoranti mill-esperjenzi tal-klijenti kompliet tilħaq livelli aktar għoljin tant li din is-sena 24 ristorant ieħor irnexxielhom jiżdiedu fil-lista ta’ dan id-direttorju.

F’serata għall-operaturi u kokijiet ta’ dawn ir-ristoranti ġew ippremjati 40 ristorant fuq diversi kriterji. L-aqwa unur fuq il-bażi tal-istħarriġ ingħata lir-ristorant Terragon li għat-tielet darba mill-2014 ‘l hawn ikklassifika fl-ewwel post skont dan id-direttorju tar-ristoranti f’Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

COVID-19

Il-Gvern illejla ħabbar li minn grupp ta’ immigranti li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid19, fejn 16 minnhom irriżultaw fil-pożittiv. Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Infrastruttura

Beda xogħol ta’ manutenzjoni u mmodernizzar tal-mini prinċipali li għandna fit-toroq Maltin. Il-proġett mhux se jieqaf biss ma’ tiswijiet u titjib fil-faċċati u l-ħitan biex ikollhom dehra isbaħ, iżda Infrastructure…

Aktar