Parlament
Ippreżentat ftehim bejn Malta u l-Libja fuq l-immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Ministru Bartolo, li kien qed iwiegeb mistoqsijiet supplimentari tad-deputati Glenn Bedingfield, Beppe Fenech Adami , Karm Mifsud Bonnici u David Thake, qal li  d-diskussjonijiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni interna fil-Libja u dwar x’passi jistgħu jittieħdu biex jitrażżnu l-għadd ta’ dgħajjes li t-traffikanti ta’ persuni jibgħatu mil-Libja lejn il-pajjizi Ewropej. Huwa qal li kien hemm ftehim dwar ċentri ta’ koordinament f’Malta u Tripli.

Il-Ministru Bartolo qal l-Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà li tasal fi ftehim komprensiv mal-Libja biex tkun imrażżna l-immigrazzjoni irregolari. Malta li għadd ta’ immigranti li waslu Malta huwa sproporzjonat meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Żied jgħid li fl-aħħar 15-il sena l-Ewropa ħadet biss 1,700 immigrant mit-22,000 li żbarkaw f’Malta.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li jekk l-Unjoni Ewropeja mhix se tieħu azzjoni ġdida se tagħmel lilha nnifisha irrilevanti fuq il-Libja.  Qal li d-diskussjonijiet mill-gvern Libjan qed isiru mar-Russja u mat-Turkija u ma jinvolvux l-Unjoni Ewropeja. Huwa qal li s-sigurtà u l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropeja jiddependi minn dak li jiġri fil-Mediterran u fl-Afrika.  Huwa irrikonoxxa li l-Kummissjoni Van der Lyon bdiet tagħti aktar attenzjoni lil Afrika milli kienet tagħmel il-Kummissjoni Junker.

Huwa qal ukoll li mhux l-ewwel darba li jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-Italja fuq l-interpretazzjoni ta’ fejn għandhom jidħlu d-dgħajjes bl-immigranti.  Huwa qal li l-Gvern għadu jimxi mal-interpretazzjoni li kien jadotta gvern nazzjonalsita.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 2020. Times of Malta Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta tgħid li aġent tax-shipping Malti huwa…

COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Aktar