Lokali
Ippreżentata lill-Papa t-tunika li tintlibes mill-infermiera u l-qwiebel fl-isptarijiet Maltin

Sabiex jiċċelebraw il-25 anniversarju mill-fondazzjoni tal-MUMN, il-kumitat ezekuttiv tagħha flimkien ma’ xi membri oħra dalgħodu żaru l-istat tal-Belt tal-Vatikan.

Id-delegazzjoni li kienet immexxija mill-President, is-Sur Pawlu Pace, filgħodu pparteċipat fl-udjenza ġenerali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku li seħħet fi Pjazza San Damaso fil-Vatikan.

Mat-tmiem, is-Sur Pawl Pace ltaqa’ mal-Papa fejn kellu ċ-ċans li jippreżentalu tunika li tintlibes mill-infermiera u l-qwiebel tal-isptarijiet Maltin. Il-Papa Franġisku bidel ukoll il-karlotta tiegħu ma’ dik offruta mis-Sur Pace.

Aktar tard l-istess delegazzjoni żaret il-Vikarjat tad-Djoċesi ta’ Ruma fejn żaret lil-Monsinjur Slawomir Oder li fil-passat reċenti kien responsabbli mill-kawża tal-beatifikazzjoni u kanonizzazjoni ta’ San Ġwanni Pawlu II. Min-naħa tiegħu, il-Monsinjur Oder ippreżenta lis-Sur Pawlu Pace b’relikwa ċertifikata ta’ San Ġwanni Pawlu II.

Kemm il-karlotta tal-Papa Franġisku kif ukoll ir-relikwa ta’ San Ġwanni Pawlu II ser ikunu esposti għall-qima fil-kappelli tal-isptarijiet Maltin.

Tul iż-żjara tagżhom fil-Belt tal-Vatikan, akkumpanja d-delegazzjoni tal-MUMN l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, is-Sur Frank Zammit.

Aħbarijiet Oħra

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Il-Ministeru għall-Ekonomija qal li l-voucher il-blu ta’ €20 maħruġ diġà jista’ jintuża għand negozji ta’ arti, kultura u edukazzjoni. Dan tħabbar fi stqarrija b’referenza għat-talba tal-Malta Entertainment Industry and Arts…

Il-prevenzjoni tal-kriminalità b’aktar Pulizija fit-toroq li jkunu qrib taċ-ċittadin ser ikun wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ strateġija li l-Korp tal-Pulizija fassal għall-operat tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, qal…

Aktar