Barranin
Ipprova jagħmel bħal Houdini iżda ma telax mix-xmara

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet.

Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat ta’ Bengal tal-Punent, quddiem il-midja u ħafna spettaturi.

Huwa tniżżel rasu ‘l isfel minn dgħajsa, u kien maqful b’katina u sitt iknataz. Meta għadda l-ħin u baqa’ ma telax il-wiċċ, l-ispettaturi sejħu għall-għajuna.

Minkejja li ġie mfittex mill-pulizija u minn għadd ta’ għaddasa, sa tard il-Ħadd Lahiri baqa’ ma nstabx.

Qabel ma niżel għal din l-isfida, Lahiri tkellem ma’ ġurnalist, li staqsih għalfejn kien qed jissogra ħajtu. Lahiri wieġeb li xtaq jerġa’ jqajjem l-interess fil-maġija.

“Jekk nagħmilha sew, issir maġija. Jekk nagħmel żball, issir traġedja,” kienu l-aħħar kelmtejn ta’ Lahiri qabel tniżżel marbut fix-xmara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Aktar