Barranin
Ippruvaw isibu ħajja aħjar iżda mietu mgħarrqa

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador.

Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera tal-Messiku, kienu qawwija wisq u spiċċa kaxkru sal-mewt lil Ramirez ta’ 23 sena u lil bintu ċkejkna Valeria. Il-każ tagħhom kompliet qajmet il-ferment dwar l-issikkar fuq il-liġijiet tal-immigrazzjoni mill-President Amerikan Donald Trump. Minħabba dan il-każ irriżenja wkoll il-Kap tal-Immigrazzjoni tal-Istati Uniti.

Sadattant, id-Demokratiċi approvaw mill-Kamra tar-Rappreżentanti, pakkett finanzarju ta’ 4 biljun ewro, f’għajnuna umanitarja għall-immigranti li jaqsmu għall-Istati Uniti mill-fruntiera min-nofsinhar lejn l-Istati Uniti.

Il-vot qed jitqies sfida għall-politika ta’ Trump kontra l-immigrazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Barranin

Irjiħat qawwija żiedu mal-pjaga ta’ nirien li għaddeja minnu l-Awstralja bħalissa, hekk kif dawn waslu biex il-Belt ta’ Sydney, titgħatta għal kollox bi dħaħen perikolużi. Fil-fatt, kellhom jinħarġu twissijiet dwar…

Aktar