Barranin
Ippubblika ritratt u qajjem l-irwiefen

Bosta persuni jinsabu rrabjati u urtati b’ritratt li ppubblika l-Ministru tal-Intern Taljan ilbieraħ f’Ħadd il-Għid.

Hekk propju f’Ħadd il-Għid imdemmi fejn tilfu ħajjithom traġikament 290 persuna f’attakk terroristiku fis-Sri Lanka, l-uffiċċju ta’ Matteo Salvini għażel li jippubblika ritratt tiegħu jġorr arma tan-nar waqt avveniment pubbliku.

Ir-ritratt ġie ppubblikat minn Luca Morisi, l-assistent personali tal-Ministru tal-Intern, fejn qal li l-partit tiegħu jinsab dejjem armat sa snienu u mhu se jħalli lil ħadd jitfa’ tajn fuqu.

Il-kittieb ta’ Gomorra, Roberto Saviano, sejjaħ lil Salvini bħala Ministru tal-Mala Vita (Mafja) li qed iwassal messaġġ ċar – li l-poter tela’ għal rasu u li huwa bniedem perikoluż u bla skrupli. Oħrajn qalu li r-ritratt ippubblikat propju fil-ġurnata traġika tal-bieraħ turi nuqqas ta’ rispett u sensittività mal-vittmi li mietu fis-Sri Lanka u l-familji tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Barranin

Tfal ta’ ġenituri separati għandhom tendenza akbar li jeħxienu minn dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom jgħixu flimkien. Dan inkixef minn riċerka li saret minn London School of Economics and Political…

Barranin

Fr Michael Los tilef il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer iżda sal-aħħar nifs, fl-uġigħ u t-tbatija kollha, huwa baqa’ juri d-determinazzjoni u x-xewqa li jiġi ordnat qassis. Huwa ġie ordnat qassis fl-isptar…

Aktar