Lokali
Ippubblikati emendi għal-liġijiet tad-droga

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal meta jerġa’ jiftaħ il-Parlament wara l-btajjel tal-Milied, se jressaq għad-diskussjoni pakkett ta’ emendi għal-liġijiet tad-droga li se jwasslu biex il-Qrati jkollhom iktar libertà fis-sentenza li jagħtu, f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija, f’każijiet ta’ kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għal użu personali.

“Il-Qorti se jkollha dritt li f’każ ta’ sejbien ta’ ħtija għall-użu personali ta’ kultivazzjoni ta’ pjanti, tara hi x’piena tagħti. Tista’ tagħti piena ta’ ħabs u tista’ ma tagħtix piena ta’ ħabs.”

Il-Ministru Bonnici għamilha ċara li bl-emendi proposti, il-kultivazzjoni tal-pjanti tal-kannabis se tibqa’ illegali. Huwa spjega li bil-liġi preżenti, il-Qrati għandhom idejhom marbutin.

“Kien hemm każijiet fejn il-Qorti kienet konvinta li dak li jkun kien qed ikabbar il-pjanti għalih imma minħabba li l-liġi hija tassattiva u drakonjana, bilfors trid tagħti piena ta’ ħabs.”

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Bonnici qal li dawn l-proposti jkomplu jibnu fuq l-emendi li saru fl-2015 li fost oħrajn wasslu biex kull min jinqabad b’pussess sempliċi ta’ droga jidher quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja minflok il-Qorti. Sa Diċembru, dehru 3,064 każ quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja li minnhom, 108 persuna nbagħtu quddiem il-Bord ta’ Riabilitazzjoni għax instabu ħatja għat-tieni darba.

Ir-riforma pprovdiet ukoll biex min jitressaq il-Qorti b’reati serji tad-droga, iżda jkun ipprovat li l-akkużati bdew jieħdu d-droga għax kienu mirkuba mill-vizzju, jingħataw ċans ieħor quddiem il-Bord ta’ Riabilitazzjoni. Minn dawn, kien hemm 107 każ li ġew riferuti lill-Bord. Minnhom, 39 persuna ġew iddikjarati li nħelsu mill-vizzju u mhux bilfors jingħataw sentenza ta’ ħabs mill-Qrati.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta Parlamentari qal li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tad-Deputat Chris Cardona. Dr Cardona talab…

Politika

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex. Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Veteran fil-politika mal-Partit Laburista, elett fi tmien elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi, deputat għal aktar minn tnejn u tletin sena u b’esperjenza fil-kabinett f’żewġ leġislaturi, l-Avukat Anton Refalo nghata l-ġurament tal-ħatra mill-President…

Aktar