Kurżitajiet
Iqajjem kontroversja sħiħa wara li qiegħed lill-President Tork xhud

Għat-tieġ tiegħu, l-istilla tal-futbol Ġermaniż, Mesut Ozil, għażel propju lill-President Tork biex joqgħodlu xhud.

Mesut Ozil u l-mudella Amine Gulse żżewġu fit-Turkija f’waħda mill-aktar lukandi lussużi f’Bosphorus.

Il-midfielder tal-Arsenal kien diġà qajjem kontroversja sħiħa meta ppoża għal xi ritratti mal-President Erdogan is-sena l-oħra, waqt it-Tazza tad-Dinja.

Mesut Ozil, għalkemm huwa Ġermaniż, għandu għeruq Tork. Huwa kien irriżenja mit-team Nazzjonali tal-Futbol Ġermaniż wara li qala’ ħafna kritika u tgħajjir. Huwa qal li meta l-Ġermanja tirbaħ jitqies bħala Ġermaniż iżda meta titlef, jitqies bħala immigrant Tork.

Il-ħbiberija ta’ Ozil mal-President Tork anke mal-politiċi Ġermaniżi ma tantx tinżel tajjeb. Angela Merkel stess kienet qalet li ssib din il-ħbiberija inkwetanti u diżappuntanti.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar