Lokali
Iqassmu kalzetti kkuluriti fil-Parlament

Tfal u żgħażagħ imiseħba fl-assoċjazzjoni għad-down syndrome qassmu kalzetti kkuluriti lill-Ispeaker Anġlu Farrugia u lid-Deputati Parlamentari biex ifakkru l-Jum Dinji tad-Down Syndrome li jitfakkar għada. Il-kampanja ta’ din is-sena qed timmira li kulħadd jilbes kalzetti differenti f’kull sieq biex tippromwovi l-messaġġ ta’ diversità u ugwaljanza.

B’kalzetti kkuluriti u mfarrdin f’idejhom, tfal u żgħażagħ bid-down syndrome marru fil-bini tal-Parlament biex iwasslu l-messaġġ tal-kampanja All Socks Campaign.

Milqugħa mill-ispeaker Anġlu Farrugia, il-membri tal-assoċjazzjoni flimkien mal-ġenituri tagħhom qassmu kalzetti kkuluriti b’tifsira li d-dinja hija sabiħa għax fiha kuluri diversi li bħal persuni kollha huma importanti. It-tfal u żgħażagħ bil-kundizzjoni down syndrome tkellmu fuq il-ħiliet tagħhom u dak li jħobbu jagħmlu.

Il-President tal-Assoċjazzjoni, Joanne Xerri ħeġeġt biex f’din l-okkażjoni jintlibsu kalzetti differenti f’kull sieq biex titqajjem kuxjenza fuq il-kundizzjoni down syndrome.

Joanne Xerri qalet ” dawn huma nies bħalna, u jilħqu bħal kull wieħed u waħda minnha bit-temp tagħhom”.

L-Ispeaker Farrugia qal li huwa dover tas-soċjetà li ħadd ma jaqa’ lura u ħadd m’għandu jkun diskriminat.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar