Kurżitajiet
Iqassmu l-pilloli tal-imħabba biex ikollhom iktar tfal

Bil-għan li tingħata spinta lir-rata tat-twelid, fit-Tajlandja l-Ministeru tas-Saħħa qed iqassam pilloli tal-imħabba lill-koppji li għadhom kif iżżewġu.  L-awtoritajiet tas-saħħa f’Bangkok qed jagħtu l-folic acid u l-pilloli tal-ħadid f’kaxex roża biex iħajru lill-koppji jħejju għat-tqala.

Dawn il-pilloli fihom il-vitamini meħtieġa biex koppji jkunu f’saħħithom meta jiġu biex inisslu t-trabi.  Xi koppji madanakollu qed jgħidu li se jġibu t-tfal fid-dinja meta jkunu lesti għalihom mhux għax qed jagħmlilhom pressjoni l-Gvern.

Il-pajjiż fix-xlokk tal-Ażja għandu popolazzjoni li qed tixjieħ malajr u għalhekk huwa maħsub li wara l-2030 se tibda tonqos u ġġib magħha l-problemi għall-Gvern speċjalment fis-suq tax-xogħol.

Għaldaqstant, l-14 ta’ Frar, Jum San Valentinu sar sinonimu mal-koppji biex juffiċjalizzaw iż-żwieġ tagħhom hekk kif l-għoti ta’ dawn il-pilloli bħal speċi jfisser li għandhom il-liċenzja biex ikollhom it-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar