Lokali
Iqattgħu sigħat sħaħ jaħdmu bis-suf biex iferrħu nies morda

Għaqda magħmula minn nisa Maltin u Ingliżi, iqattgħu sigħat jaħdmu kutri u dekorazzjonijiet bis-suf li bihom iferrħu nies morda fl-isptarijiet u dawk fil-bżonn. L-għaqda Craft and Coffee for Charity jiġbru ammonti kbar ta’ suf li bih issa se jkunu wkoll jagħmlu prosteżi bis-suf biex jgħinu nisa li kawża tal-kanċer jkunu tilfu sidirhom.

Minflok ma jiltaqgħu biss biex jieħdu kafè u jgħaddu siegħa żmien, grupp ta’ nisa fformaw għaqda li waqt li jieħdu kafè, jaħdmu għal sigħat sħaħ affarijiet bis-suf li bihom jgħinu u jferrħu lin-nies.

Becky Pace Bajona mill-għaqda Crafts & Coffee for Charity qalet li kienet ilha snin taħseb kif se toħloq xi ħaġa li biha tagħmel il-ġid fil-komunità. Qalet li għaqqdet grupp ta’ nisa Maltin u Ingliżi li jiltaqgħu kull ħmistax u jaħdmu kutri kbar tas-suf għal nies li m’għandhomx dar fejn joqogħdu, skufji u xalel għall-foqra, u affarijiet dekoratitvi li bihom iferrħu lill-pazjenti fl-isptarijiet.

Qed jaħdmu wkoll prosteżi tas-sider bis-suf biex jgħinu lin-nisa li jkunu mardu bil-kanċer.

Becky Pace Bajona qalet li “il-fatt li niġbru ftit nisa flimkien u jaħdmu suf lil dawk fil-bżonn, intuhom il-ferħ li xi ħadd li ma jafux qed jagħmel xi ħaġa għalihom”.

L-għaqda ma kellhiex fejn taħdem is-suf u Sarah Cachia mill-kafeterija Jacob’s Brew, tathom spazju fejn jaħdmu u jiġbru ammonti kbar ta’ suf. Bejn kelma u oħra, u b’idejn qishom magna, in-nisa qalulna li jħossu ferħ kbir jagħmlu dan ix-xogħol volontarju.

L-għaqda qalet li jkollha bżonn ammonti kbar ta’ suf u għaldaqstant jilqgħu għotja ta’ suf ta’ kull kulur biex ix-xogħol tagħhom ikun jista’ jibqa’ għaddej.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar