Unjoni Ewropea
Ir-raba’ jum tas-Summit UE: Ebda qbil wara lejl sħiħ ta’ laqgħat u konsultazzjonijiet

Twal ferm aktar milli mistenni il-Kunsill Ewropew dwar il-Budget u l-Fond speċjali tal-Coronavirus u issa uffiċjalment daħal fir-raba’ jum tiegħu.  Il-Kunsill reġa’ beda jiltaqa’ fil-5.30am u xolja wara ftit minuti bit-tir li jerga’ jibda jiltaqa’ fis-2pm.

Dan hekk kif il-mexxejja Ewropej miġburin fi Brussell qattgħu lejl sħiħ f’konsultazzjonijiet u laqgħat bilaterali.  Minkejja dan sa issa għadhom rreġistraw l-ebda qbil.

F’summit li beda nhar il-Ġimgħa id-diverġenzi bejn il-mexxejja għadhom kbar b’ħames pajjiżi għadhom qed jimblokkaw ftehim minkejja t-tentattivi kollha li saru biex jintlaħaq kompromess.

Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħat separati ma’ mexxejja differenti insista li Malta m’għandhiex tkun penalizzata għas-suċċessi ekonomiċi li kisbet fl-aħħar snin. Qal ukoll li Malta mhux qed topponi l-kundizzjoni dwar il-ħarsien tas-saltna tad-dritt għax f’dan is-sens fl-aħħar xhur għamlet titjib sostanzjali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar