Kultura
Ir-Rabat Għawdex jilbes il-libsa tal-Milied

Għawdex qed jilbes il-libsa tal-Milied b’ċerimonja virtwali tal-mixegħla tad-dawl tal-Milied fil-pjazza ewlenija tar-Rabat, projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-binja tal-banca giuratale u stejjer moqrija mit-tfal.

Il-mixegħla bit-tema ‘Storja ta’ dawl’ bdiet fit-tmienja ta’ filgħaxija u tagħti bidu għall-kampanja ‘il-Milied f’Għawdex’.