Barranin
Ir-raġel li qatel 12 f’bar f’Kalifornja kien suldat Amerikan

Ir-raġel li fetaħ in-nar fuq folla żgħażagħ ġo bar f’Kalifornja u ħalla 12 mejta kien identifikat bħala Ian David Long, veteran tal-US Marines.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ bil-lejl tal-Erbgħa, fil-Borderline Bar and Grill f’Thousand Oaks, fejn kienet għaddejja serata ta’ mużika ‘country’ għal studenti tal-università fiż-żona.

Kien irrappurtat li Long daħal fil-bar u waddab hand grenade, qabel ma beda jispara fuq in-nies b’pistola Glock semi-awtomatika, li kellu liċenzja biex iżomm. Magħha iżda kellu magazine miżjud, li jippermetti l-pistola żżomm iktar minn 11-il bullet, li huwa illegali.

Long diġà kien magħruf mal-Pulizija għal imġieba stramba, u kien anki ġie eżaminat minn professjonisti tas-saħħa mentali, li ddeċidew li ma kienx ta’ periklu.

Qed jingħad, madanakollu, li probabbilment Long kien qed isofri minn PTSD, kundizzjoni mentali li tinbet wara esperjenzi trawmatiċi, u li hija komuni fost suldati li jkunu servew f’kunflitt.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jinqatel ir-raġel li allegatament spara f’ħanut f’Kalifornja

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-attriċi Charlize Theron ma qagħditx tomgħod il-kliem, u ma ddejqitx iċċanfar lill-preżentatur ta’ programm fuq stazzjon Franċiż waqt xandira diretta. Flimkien mal-attur Seth Rogen, Theron kienet mistiedna fil-programm Touche pas…

Barranin

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat b’saħħa t-tramuntana tal-Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira x-xahar li għadda. Iċ-ċiklun ġab miegħu riefnu ta’ 220 kilometru fis-siegħa u qatel minn tal-inqas tliet…

Barranin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit li kellu iżjed kmieni din is-sena mal-President Donald Trump. L-Aġenzija Koreana tal-Aħbarjiet irrappurtat lil…

Barranin

Raġel f’Ċipru ammetta li qatel seba’ nisa u bniet għal dak li qed ikun desrkitt bħala l-ewwel qtil tax-xorta tiegħu fil-gżira. Aktar kmieni dan ix-xahar, żewġ iġsma nstabu mejta f’xaft…

Aktar