Barranin
Ir-rapper Amerikan Pop Smoke maqtul wara li daħlu fuqu f’daru

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru.

Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi tiri.

Ir-rapper miet aktar tard fl-isptar kmieni dalgħodu.

Jum qabel ma nqatel, Jackson tella’ ritratti fuq Instagram iżomm għadd ta’ flus f’karozza quddiem id-dar. F’waħda mill-istories tiegħu huwa tefa’ l-location tiegħu. Jekk dan ma kienx biżżejjed biex jistieden il-ħallelin, ħabib tiegħu tella’ xi ritratti flimkien quddiem id-dar bl-indirizz jidher, b’Jackson tella’ ritratt ukoll b’xi basktijiet bl-indirizz tiegħu jidher.

Il-karriera tal-kantant kienet għadha tibda, b’wieħed mill-albums tiegħu għadu kemm ħareġ dax-xahar u tela’ fil-US charts.

Jackson kien ġie arrestat f’Jannar li għadda wara li allegatament seraq Rolls-Royce wara li sellifha għall-vidjow mużikali. Huwa kien wieġeb mhux ħati u kien inħeless mill-arrest b’multa ta’ $250,000.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Maria Teresa ta’ Bourbon-Parma mietet bil-Coronavirus fl-età ta’ 86 sena. Il-Prinċipessa Spanjola, li tiġi kuġina mill-bogħod tar-Re Felipe VI, mietet f’Pariġi. Il-funeral tagħha sar l-Ġimgħa, f’Madrid.

Barranin

Il-World Health Organization (WHO) għadha qed tirrakkomanda li l-maskri m’għandhomx jintlibsu jekk wieħed ma jkunx marid bil-Covid-19 jew qed idur b’persuni morda. Skont Dr Mike Ryan, li huwa direttur eżekuttiv…

Barranin

L-Italja, li huwa l-aktar pajji Ewropew milqut mill-imxija tal-Coronavirus fejn s’issa tilfu ħajjithom 11,591 persuna, estendew il-lockdown sal-Għid. Il-pajji jinsab fiduċjuż li din il-miżura, għalkemm ħarxa, se tagħti l-frott hekk…

Barranin

It-tobba madwar id-dinja qegħdin jippruvaw test tad-demm ġdid li kapaċi jaqbad aktar minn 50 tip ta’ kanċer, qabel ma jimmanifestaw ruħhom is-sintomi tal-marda. Dan it-test jista’ jgħin lit-tobba jaqbdu l-kanċer…

Aktar