X

Ir-rapper Mac Miller instab mejjet – x’aktarx b’overdose

Ir-rapper Amerikan Mac Miller instab mejjet fid-dar tiegħu f’Kalifornja, fl-età ta’ 26 sena. Il-kawża tal-mewt għadha ma ġietx stabbilita uffiċjalment, iżda qed jingħad li x’aktarx miet b’overdose.

Mac Miller, li ismu proprju huwa James McCormick, kien jitkellem pubblikament dwar l-abbuż mid-droga, fejn kien anki jinkorpora l-battalja tiegħu ma’ dan il-vizzju fid-diski li kien joħroġ. F’Mejju li għadda Mac Miller ġie arrestat fuq sewqan taħt l-influwenza u ‘hit and run’.

Iktar kmieni din is-sena Mac Miller u Ariana Grande temmew ir-relazzjoni tagħhom, bl-artista tiddeskriviha bħala relazzjoni tossika. Qalet li kienet appoġġjat lil Mac Miller fil-ġlieda kontra l-vizzji, iżda li hi ma kellhiex dmir li tieħu ħsiebu, u li l-ebda mara m’għandha tħossha obbligata timla dan l-irwol.