Politika
Ir-rappreżentant tal-UN f’Malta – itenni l-impenn għal soluzzjoni politika fil-Libja

Ftit jiem biss wara li qatlulu b’Benghazi tliet gwardji tas-sigurtà tiegħu, ir-rappreżentant speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, Ghassam Salame, kien Malta b’uffiċjali tas-sigurtà ġodda, u kellu taħditiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Salame u l-Ministru Abela tennew l-impenn favur soluzzjoni politika għall-kunflitt Libjan, waqt li saħqu li m’hemmx soluzzjoni oħra, ħlief dik li tista’ tinstab madwar il-mejda tat-taħditiet.

B’missjoni mill-aktar diffiċli biex iqarreb il-mexxejja rivali fil-Libja, il-mibghut speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda mhux qalbu maqtugħa li n-naħat rivali fil-Libja jerġgħu lura għan-negozjati. Meta wieġeb mistoqsijiet ta’ TVM, Salame stqarr li n-negozjati li kienu qed isiru sa’ April kien qed jagħtu riżultati, u għalkemm ma semmiex lill-Ġeneral Haftar, li beda l-offensiva fuq Tripli f’April li għadda, stqarr li kien hemm min ħoloq devjazzjoni fin-negozjati.

Il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li l-problema tal-Libja ma tistax tiġi solvuta bl-armi, u żied jgħid li huwa fiduċjuż li fi żmien qasir, il-mexxejja Libjani ser jagħrfu dan.

Id-diplomatiku tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li jaf il-qrubija ta’ Malta mal-Libja u l-vuċi ta’ Malta fil-fora Ewropej favur soluzzjoni Libjana. Il-Ministru Abela qal li l-gvern Malti jappoġġja l-inizjattivi tan-Nazzjonijiet Magħquda biex jerġa’ jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.

Mistoqsi dwar is-sigurtà u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni, Salame qal li ma jistax jgħid li l-Libja hija pajjiż sigur. Dwar l-immigrazzjoni, il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda nnota li naqsu l-immigranti li qed jitilqu mil-Libja, u għalkemm is-sitwazzjoni mhix l-aħjar li tista’ tkun, stqarr li l-awtoritajiet Libjani qegħdin jagħmlu sforzi aktar minn qatt qabel biex jindirizzaw din il-problema.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Lokali

Il-Gvern ħabbar li l-freephone 153 għandu ħsara teknika, u għalhekk minn iċempel jaf ma jaqbadx. Fi stqarrija l-Gvern żied li hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar…

Qorti

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.” Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu…

Aktar