Lokali
Ir-rata tal-qgħad f’sena naqset b’0.9%

Ir-rata tal-qgħad f’Ġunju kienet ta’ 3.6%. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser li r-rata tal-qgħad tinsab fl-istess livell tax-xahar ta’ qabel, iżda kważi 1% anqas minn Ġunju tas-sena l-oħra.

Fil-fatt, ix-xahar l-ieħor kien hemm 9,840 persuna jfittxu xogħol, meta mqabbel ma’ aktar minn 12,160 f’Ġunju tas-sena l-oħra/ Dan ifisser li f’sena kien hemm tnaqqis ta’ 2,328 persuna jfittxu xogħol.