Politika
Ir-reazzjoni ta’ Adrian Delia għall-istqarrija tad-deputati “mhux magħrufa” li sfiduċjawh
B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta nnifsu fuq stedina tiegħu.

Qal li ma jidhirlux li huwa xieraq li waqt li l-istess President qiegħed jiddelibera dwar materja tant sensittiva, għandu jintilef f’dibattitu pubbliku meta l-istess deputati lanqas biss avviċinawh dwar dan.

Fl-istqarrija Dr Delia qal li għal darb’oħra jirrijafferma l-lealtà tiegħu lejn it-tesserati u l-osservanza sħiħa lejn l-istatut tal-partit filwaqt li jibqa’ leali lejn il-ġurament tal-ħatra Kostituzzjonali tiegħu f’kull ħin.

Dr Delia qal li se jibqa’ jaħdem bla waqfien għal pajjiżna u għal kull Malti u Għawdxi mingħajr biża’ jew influwenza u b’kuxjenza nadifa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Nature Trust – FEE Malta appellat lill-awtoritajiet Maltin sabiex jadottaw miżuri li permezz tagħhom jiġu protetti l-insetti minħabba l-irwol kruċjali li dawn għandhom fl-ekosistema. Fost il-miżuri hemm kontrolli aktar stretti…

COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Aktar