Annimali
Ir-reazzjoni tal-Maltin fuq il-qatla Musulmana hija injoranza?

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal.

Fi ftit sigħat, l-istorja ġġenerat iktar minn 700 kumment mill-pubbliku fuq is-sit soċjali ta’ TVM, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom urew diżapprovazzjoni lejn it-tradizzjoni Musulmani li l-annimali jiġu mħanxra biex jiżvinaw mingħajr ma jingħataw xokk biex jintilfu ftit minn sensiehom.

Ħafna sostnew li din hija tradizzjoni krudili u kattiva.  F’din il-kontroversja, ingħaqdu wkoll l-Ewroparlamentari Marlene Mizzi, magħrufa bħala vuċi li tħares id-drittijiet tal-annimali, li fuq Facebook kitbet li dan huwa ġest krudili u ma taqbilx li għandu jidħol fis-seħħ f’Malta.

Anke l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dione Borg żied il-kummenti tiegħu b’messaġġ fuq Facebook li qal li din it-tradizzjoni Musulmana mhix aċċettabbli.

Kumment fuq binarju differenti kien tal-Professur John Baldacchino, li jgħallem f’Università Amerikana, li permezz ta’ post fuq Facebook ħadha kontra l-kummenti ta’ bosta li kkritikaw lill-Imam għall-proposta tiegħu u sejjaħ dawn il-kummenti bħala “injoranza”.

Ara wkoll:

L-Imam jappella biex annimali fil-biċċerija jinqatlu bis-sistema Musulmana

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tnejn minn tliet karreġġjati lejn il-Belt kellhom jingħalqu wara ħabta fi Blata l-Bajda. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, hemm involuti xarabank u karozza ta’ struttur tas-sewqan. Fil-karozza kien hemm żewġ…

Lokali

Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-maratona Oħloq Tbissima, f’Santa Venera, seħħ inċident żgħir fejn cameraman għal xi raġuni waqa’ minn fuq stand u qasam rasu. Il-President George Vella, li kien preżenti fuq…

Knisja Maltija

L-Għaqda Mużikali San Leonardu qed tilmenta minn deċiżjoni tal-Kurja li jinbidel kwadru tas-seklu 18 fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop ma’ kwadru ieħor ġdid. Fi stqarrija l-banda ta’ San Leonardu qalet li…

Aktar