Lokali
Ir-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018 Dalton Harris mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta.

Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew il-verzjoni tagħhom tal-kanzunetta The Power of Love li kienet ħarġet minn Frankie Goes to Hollywood fl-1984. Hija għamlet suċċess fil-UK iTunes Chart u fl-Official UK Single Chart. Bħalissa Dalton qed jaħdem fuq aktar proġetti mużikali.

Il-finali ta’ X Factor Malta se jsir nhar is-Sibt li ġej. Nhar il-Ħadd li għadda għaddew 4 kantanti għall-finali – Nicole Frendo, Michela Pace, Petra u Owen Leuellen.

X Factor Malta ntlaqa’ tajjeb ħafna mal-udjenza, fejn kienu bosta li kellhom kliem ta’ tifħir għal X Factor Malta. Ma’ TVM uħud min-nies li attendew għal-live shows iddeskrivew l-X Factor Malta bħala esperjenza sabiħa għall-kantanti. Ċertifikat ieħor pożittiv kien li X Factor Malta kellu udjenza rekord, fejn wieħed mill-episodji kellu udjenza ta’ 180,00. Skont stħarriġ li sar minn Dr Vincent Marmara mal-220,000 tal-Maltin qalu li ġieli segwew X Factor Malta.

Tista’ tixtri l-biljetti għall-finali minn hawn.

Ara wkoll:

‘X Factor Malta huwa esperjenza sabiħa għall-kantanti’ – nies b’tifħir għall-produzzjoni

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Lokali

Id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu llum reġgħu raw il-kwadru inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu f’postu fis-Santwarju Bażilika fil-Belt. Dan wara li għamel sena u nofs nieqes sakemm fuqu saru interventi ta’ restawr u konservazzjoni….

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi għal-lum. Ir-riħ mill-Grieg il-Lvant ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-9pm.

Aktar