Televiżjoni u Radju
Ir-rebbieħ tal-aħħar Premju Ħaddiem tas-Sena jiftaħ qalbu f”Sibtek’

Illum, f’‘Sibtek’, bħal kull nhar ta’ Sibt, għadd ta’ mistednin. Ilkoll, ħerqana biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mat-telespettaturi ta’ Television Malta.

Fost l-oħrajn, mistieden l-imprenditur li rebaħ l-aħħar Premju Ħaddiem tas-Sena, Ivan Calleja. Liema imprenditur, ser jaqsam mal-pubbliku minn xiex għadda biex jirbaħ dan l-unur, kif ukoll ser jirrakkonta kif b’xorti ħażina bħal sajjetta fil-bnazzi tilef ‘il martu f’temp ta’ ftit xhur.

Mistiedna wkoll, Chantal Catania, li serqet il-qlub ta’ bosta meta dehret f’‘X Factor Malta’. Fost l-oħrajn, Chantal tirrakkonta kif tilfet ‘l-għarus tagħha ftit żmien qabel it-tieġ.

Fost l-għadd ta’ mistednin, ukoll, Tiziana Calleja, li ser iġġib magħha ‘l Nala, il-kelba tagħha, u li hija l-mimmi t’għajnejha.

Bejn mistieden u ieħor, il-logħob u l-mużika ma jonqsux. ‘Sibtek’, illum fis-12.45pm, fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Mill-Eurovision Song Contest li għadda ‘l hawn, Michela Pace ħadmet qatigħ, bil-għan li tkompli timraħ fix-xena mużikali. U, proprju f’Jum San Valentinu, frott l-għadd ta’ sagrifiċċji li Michela għamlet, il-kantanta…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Barranin

Riċerkaturi qed iwissu fuq il-ħsara psikoloġika u morali li jemmnu li tista’ ssir meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal skopijiet sesswali. Huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ robots għas-sess mhux qed…

Tradizzjonijiet

Kollox pariġġ, minn rashom sa saqajhom. Ġkieket skuri, ħwejjeġ ta’ lewn ħamrani, kikkra te għall-frisk, u hi bi fjura f’idha. Qalb il-ħwienet tal-kafè biswit il-Knisja ta’ Kristu Re ta’ Raħal…

Aktar