Avjazzjoni
Ir-Red Arrows jaslu Malta

Waslu Malta r-Red Arrows li se jkunu l-attrazzjoni ewlenija fil-Malta International Airshow li se ssir bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru.

Fost dawk li kienu preżenti għall-wasla tagħhom kien hemm il-President tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni Joe Ciliberti kif ukoll il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet Alex Muscat.

Minbarra l-wirja statika fl-airshow se jkun hemm wirjiet fl-ajru mir-Red Arrows u mill-Qawwa tal-Ajru tal-Iżvizzera

Qawwiet tal-ajru oħra li bagħtu ajruplani lejn Malta kienu l-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u t-Turkija minbarra s-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta.