Avjazzjoni
Ir-Red Arrows lura Malta wara 7 snin

Ir-Red Arrows se jirritornaw Malta biex jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta International Airshow li se tirritorna wara nuqqas ta’ diversi snin.

Fi stqarrija, l-organizzaturi ħabbru li l-RAF Red Arrows se jerġgħu jagħtu spettaklu ieħor f’pajjżna fil-25 u s-26 ta’ Settembru li ġej.

L-aħħar darba li r-Red Arrows ġew Malta biex jagħtu wirja fl-ajru tmur lura għall-2014. Dakinhar huma flimkien ma’ ajruplan tal-Air Mata kienu entużjażmaw il-folol preżenti bi flypast f’formazzjoni spettakolari. L-ispettaklu kien ta’ sinifikat kbir kemm għall-Air Malta kif ukoll għar-Red Arrows peress li l-flypast kien organizzat biex ifakkar l-40 anniversarju mill-ewwel titjira tal-linja tal-ajru, it-tmiem tal-50 staġun ta’ wirjiet tal-Arrows u l-aħħar titjira ta’ Red 1, il-mexxej tal-iskwadra tar-Red Arrows.

Minbarra r-Red Arrows ġejjin ukoll il-forzi tal-ajru tal-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, l-Iżvizzera u t-Turkija.