Lokali
Ir-Redentur tal-Isla jħalli impatt fuq ir-restawraturi li ħadmu fuqu

Ir-restawr tal-istatwa tar-Redentur meqjuma fil-Bażilika tal-Isla se jiġi inawgurat ftit jiem qabel mal-istatwa toħroġ għall-pellegrinaġġ djoċesan nazzjonali fid-disa’ ta’ Marzu li ġej.

Għar-restawraturi Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani, li għall-aħħar disa’ xhur ħadmu fuq din l-istatwa, din kienet esperjenza li ħalliet impatt fuqhom mhux professjonalment imma anke spiritwalment.

Tlesta’ r-restawr tal-istatwa tar-Redentur meqjuma fil-Bażilika tal-Isla. Ix-xogħol beda f’Mejju tas-sena l-oħra.

Ir-restawratriċi Valentina Lupo spjegat li kien hemm proċess twil ta’ konsolidament tal-materjal minħabba ammont kbir ta’ xpakkaturi fl-istatwa, tant li f’xi partijiet anke jinqala’ l-kulur. L-istatwa tnaddfet miż-żebgħa li ngħatat f’restawri li saru fil-passat.

Ir-restawratriċi qalet li l-wiċċ hija l-inqas parti tal-istatwa li ġiet restawrata fiz-zmien.

Ir-restawratriċi Valentina Lupo ”naddafna wkoll id-demgħa, li għandu demgħa tal-ħġieġ u din id-demgħa kien hemm akkumulazzjoni kbira ta’ trab u ħmieġ fuqha li kważi ma kinitx tintgħaraf u issa pemezz tal-cleaning ħarġet ħafna iktar. Tneħħiet ammont kbir ta’ żebgħa mix-xagħar u issa permezz tat-tindif tista’ tara distinzjoni bejn ix-xagħar u l-kuruna. Ix-xagħar hu kannella u l-kuruna hija aktar skura. Ix-xewk tal-kuruna huma kollha xewk vera.”

Wara l-istatwa jmiss ir-restawr tan-niċċa

Issa jmiss li jsir xogħol fin-niċċa wara li fl-aħħar sentejn sar studju fuq it-temperatura u l-livell ta’ umidità fiha.

Ir-restawratriċi Valentina Lupo qalet ”l-upholstery kollha li hemm ġo fiha ħa jinbidel b’materjali li huma apposta għall-konservazzjoni. Ħa nbiddlu wkoll il-ħġieġa, ħa nużaw materjal li jintuża fil-conservation fejn jintuża dan l-acrylic li ma jirriflettix u hu wkoll UV filter biex inkunu nistgħu nipproteġu l-istatwa. Ħa tinbidel is-sistema tad-dawl u ħa jintużaw dawk li ma jagħmlux ħsara lill-kuluri.”

Ħafna mill-ħsara fuq l-istatwa kienet ikkawżata mill-mod kif kienet qed tinħareġ min-niċċa, li hija inklinata ‘l isfel. Għal dan il-għan Kurt Grima ddissinja sistema mekkanika biex l-istatwa toħroġ u tidħol fin-niċċa mingħajr ma jsirilha ħsara.

Kurt Grima qal ”is-sistema aħna qed nagħmluha biex kemm jista’ jkun l-interazzjoni bejn l-idejn u r-Redentur ma jkunx hemm.”

L-istatwa tar-Redentur se tiġi inawgurata nhar is-Sibt 3 ta’ Marzu u se toħroġ għall-ewwel darba sitt ijiem wara għall-Pellegrinaġġ Djoċesan Nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

L-istatwa tar-Redentur se terġa’ tkun esposta għall-pubbliku dalwaqt

L-Arċipriet tal-Isla Dun Robin Camilleri ”din is-sena aħna ddeċidejna l-kapitlu li nħalluha r-Randan kollu esposta fil-Knisja ħalli npattu ftit milli ċaħħadna lin-nies qisu jkollhom opportunità li jarawh mill-viċin.”

”Matul dawn id-disa’ xhur, id-devozzjoni lejn ir-Redentur ma naqset xejn . . . anzi. Għadd kbir ta’ nies kienu jqattgħu ftit ħin fis-skiet quddiem in-niċċa jew wara l-grada fejn kien qed isir ir-restawr.” qal l-Arċipriet.

Is-Senglean Rennie Schembri qal ”għalina hu importanti li nerġgħu naraw ir-Redentur fostna u nafu li nistgħu ngawduh aħna u anke jittgawda minn ta’ warajna.”

Ara hawnhekk iktar dwar ir-restawr tal-istatwa tar-Redentur tal-Isla:

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’digriet ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta’ Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijtà ta’ Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’…

Lokali

Xena mill-isbaħ tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kif probabbli qatt ma rajtha. Dan ir-ritratt, li ttieħed mill-astronomu Joseph Caruana, jagħtina ħjiel tal-ġmiel naturali li kienu jgawdu missirijietna, u li llum sfortunatament…

Lokali

Fl-1 ta’ Lulju, fil-pjazza ewlenija tal-Qala, l-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex se jorganizza l-‘Festa Għawdxija’. Dan l-avveniment se jsir proprju meta l-istaġun tal-festi f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu….

Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa. Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif…

Aktar