Kurżitajiet
Ir-Reġina Eliżabetta II dixxendenti ta’ Mawmettu?

Skont ir-rivista Marokkina ”Assahifa Al-Ousbouia”, ir-Reġina Elizabetta II hija dixxendenti diretta tal-profeta Mawmettu.

Reġgħet telgħet fil-wiċċ, it-teorija tat-tmeninijiet, dik li skont l-arblu tar-razza tar-Reġina, hemm provi li hi u Mawmettu jiġu minn xulxin.

Tali artiklu qajjem dibattitu sħiħ fost il-komunità Musulmana, tant li l-istorja kollha saħansitra spiċċat il-qorti wara li  t-Times ukoll iddedika spazju għal din l-istorja u kkwota lill-istoriku famuż David Starkey.

Starkey qal li ċertezzi m’hemmx iżda irbit bejn il-familja Windsor u dik ta’ Sivilja hemm fiċ-ċert.

Iżda wieħed jistaqsi, Sivilja x’għandha x’taqsam ma’ dan kollu? Jidher li l-belt Spanjola għandha ħafna x’taqsam l-għaliex din kellha irbit mal-Iżlam, speċifikament fejn tidħol il-prinċipessa musulmana Zaida, ir-ribelli li rnexxielha tidħol fil-familja rjali Spanjola u maż-żmien imbagħad dixxendenti tagħha tħalltu wkoll mal-familja rjali Ingliża.

Jekk dan kollu huwa minnu, l-istorja kollha jaf issolvi d-diżgwid li hemm bejn iż-żewġ reliġjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Riċerkaturi tal-University College London u l-Università ta’ Leeds sostnew li x-xorb minn flixken tal-plastik u l-użu tal-microwave ma jikkawżawx il-kanċer. Qalu li min-naħa l-oħra, l-ikbar tliet kawżi tal-kanċer huma t-tipjip,…

Kurżitajiet, Lokali

Mara anzjana dalgħodu nqabdet fuq filmat CCTV tisraq pjanta minn quddiem residenza privata fl-Imsida. Il-persuna li tellgħet il-filmat fuq il-midja soċjali qalet li l-mara kienet diġà għaddiet darb’ oħra mill-istess…

Kurżitajiet

Jekk għandek stonku nfurrat u ma tiddejjaqx minn palat differenti, aqbeż qabża f’dan is-supermarket f’Aachen il-Ġermanja fejn ix-xerrejja għandhom l-opportunità jduqu burger bid-dud. Dud b’livell għoli ta’ proteini magħmula minn…

Kurżitajiet

Fenomenu ġdid qed jaħkem il-belt Kolumbjana Itagui, fejn hemm midfun Pablo Escobar, l-akbar traffikant tad-droga tal-pajjiż. Fuq il-midja soċjali faqqgħet moda ġdida u perikoluża fejn, in-nies qed jerħulha lejn Itagui…

Aktar