Barranin
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tiċċelebra għeluq sninha

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ċċelebrat għeluq sninha, hekk kif għalqet 93 sena. B’libsa ċelesta, u bi tbissima, ir-Reġina dehret fl-aqwa tagħha meta attendiet is-servizz tal-Għid fil-Kastell Windsor. Ir-Reġina ngħatat bukkett fjuri filwaqt li l-folla kantat l-awguri għal għeluq sninha malli ħarġet mill-kappella ta San Ġorġ fil-Palazz Windsor.

Mar-Reġina, attendew diversi membri mill-familja rjali fosthom id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, u d-Duka ta’ Sussex, iżda r-raġel tar-Reġina li ilu żmien li rtira minn funzjonijiet pubbliċi ma attendiex u lanqas il-Principessa Meghan minħabba li tinsab fl-aħħar żmien tat-tqala tagħha. Il-Princep Harry u martu awguraw lir-Reġina fuq instagram.

Is-salut mill-kanuni ad unur ir-Reġina se jiġi sparat matul il-jum tat-Tnejn minħabba li s-salut ma jiġix sparat fil-jum tal-Ħadd. Għalhekk għada se jsir salut ta’ 41 tir f’Hyde Parke, 21 fil-Park Great Windsor u salut ta’ 62 tir mit-Tower of London.

Ir-Reġina tiċċelebra għeluq sninha darbtejn, darba f’dak propju fil-21 ta’ April u t-tieni Sibt ta’ Ġunju li jikkomemora il-parata Tropping the Colour.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

L-informazzjoni personali ta’ miljuni ta’ influencers fuq Instagram instabet online fuq database.  It-tagħrif kollu kien maħżun f’server li mhux protett b’password u għalhekk aċċessibbli għal kulħadd. TechCrunch qed tirrapporta li…

Brexit

Il-kabinett Ingliż qabel mal-pjan tal-Prim Ministru Theresa May ħalli l-fethim biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea jsir parti mil-Liħi Ingliħa. Jingħad li l-ftehim huwa maħsub biex jinstab kompromess mal-Oppożizzjoni Laburista….

Barranin

L-attur ċelebri Johnny Depp akkuża lill-ex mara tiegħu Amber Heard li kienet tpinġi t-tbenġil u ċaħad li kien isawwatha.  L-istilel ta’ Hollywood Depp u Heard iżżewġu fl-2015 u ddivorzjaw sentejn wara,…

Barranin

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Franċiżi kellhom biċċa xogħol delikata biex jikkonvinċu raġel li niżel taħt il-gallerija tat-torri Eiffel u kkawża konfużjoni kbira għax kellha ssir evakwazzjoni ta’ emerġenza tan-nies kollha fit-torri…

Aktar