Barranin
Ir-Reġina toħroġ barra għall-ewwel darba minn meta beda l-lockdown fir-Renju Unit

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Ir-Reġina li għandha 94 sena dehret f’ritratt riekba pony ta’ 14-il sena fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Hija spiss tirkbe iż-żwiemel meta tkun f’Windsor Castle li ntqal li huwa r-residenza favorita tagħha.

Ir-Reġina tinsab f’iżolament ma’ żewġha, id-Duka ta’ Edinburgh ta’ 98 sena u numru żgħir ta’ staff.

L-aħħar darba li r-Reġina dehret fil-pubbliku kien meta kienet fil-karozza fi triqitha minn Buckingham Palace għal Berkshire fid-19 ta’ Marzu. Fir-ritratt magħha deher wieħed miż-żewġt iklieb tagħha, iħares barra mit-tieqa.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Aktar