Barranin
Ir-Renju Unit b’15,000 sajjetta fi ftit sigħat

Ilbieraħ, ir-Renju Unit ġie assedjat minn madwar 15,000 sajjetta f’temp ta’ erba’ sigħat.

Il-maltempata bis-sajjetti u xita qawwija li laqtet lir-Renju Unit ħolqot xi inkonvenjent għal xi wħud. Saħansitra kellhom jitħassru xi titjiriet fl-ajruport ta’ Stanstead wara li sajjetta laqtet il-fuelling system tal-ajruport.

L-Uffiċċju Meteoloġiku ħareġ twissija lill-pubbliku li, ir-Renju Unit se jintlaqat minn aktar xita qawwija u għargħar fis-sigħat li ġejjin li x’aktarx se jaffettwa t-trasport pubbliku, it-titjiriet u l-provvista tal-elettriku.