Barranin
Ir-Renju Unit iddiżgustat bil-kummenti li għadda l-President Donald Trump

Ir-Renju Unit iddiżgustat bil-kummenti li għadda l-President Amerikan Donald Trump dwar l-ambaxxatur tar-Renju Unit fl-Istati Uniti Sir Kim Darroch. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż Jeremy Hunt iddeskriva l-kummenti negattivi ta’ Trump bħala turija ta’ nuqqas ta’ rispett lejn il-Prim Ministru Theresa May.

Trump sejjaħ lil Sir Kim Darroch bħala bniedem stupidu ħafna wara tkixxif ta’ emails li wrew li l-ambaxxatur Ingliż fl-Istati Uniti sejjaħ l-amministrazzjoni ta’ Trump bħala waħda inadegwata u raffa. Trump mhux biss għajjar lil dan l-ambaxxatur Ingliż iżda wkoll lill-Prim Ministru Theresa May li skont hu din injorat l-pariri li kien taha u ddeskriva l-aġir tagħha bħala stupidu wkoll.

Laqgħa li kellha ssir bejn ir-rappreżentanti ta’ bejn iż-żewġ naħat ilbieraħ ġiet ikkanċellata. Dak li qed jispira li jkun il-Prim Ministru Ingliż wara Theresa May, Boris Johnson ilbieraħ ma kkummentax dwar jekk iżommx lill-ambaxxatur Ingliż fl-Istati Uniti, iżda qal li ma jridx ixellef ir-relazzjoni tajba li għandu mal-White House.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar