Barranin
Ir-Renju Unit iħabbar miżuri ta’ kwarantina biex irażżan it-tieni mewġa tal-Covid-19

Fir-Renju Unit, kienu rreġistrati 351 mewta kawża tal-COVID-19. L-uffiċjali fis-servizzi tas-saħħa pubblika qalu li mill-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu 10 miljun anti-body test fir-Renju Unit. Dawn it-testijiet għandhom jiddeterminaw jekk persuna qattx kellha il-COVID-19.

Intant, ir-rata ta’ riproduzzjoni tal-virus baqgħet stabbli għat-tieni ġimgħa konsekuttiva.

Il-gvern ħabbar li dawk li jżuru ir-Renju Unit mit-8 ta’ Ġunju ‘il quddiem iridu joqgħodu fi kwarantina ta’ 14-il ġurnata u min jinqabad jikser din id-direttiva jeħel multa ta’ elf sterlina.

Mal-fruntiera, l-awtoritajiet jistgħu iwettqu spezzjonijiet u jwaqqfu persuni li mhumiex residenti fir-Renju Unit milli jidħlu fil-pajjiż jekk ma jimxux mar-regoli.

Il-persuni li jaslu fir-Renju Unit iridu jgħidu lill-uffiċjali fejn se jkunu qed joqgħodu u mhux se jkun permess vjaġġar għall-xiri jew biex iżuru lill-qraba.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Aktar