Barranin
Ir-Renju Unit ikeċċi 23 uffiċjal diplomatiku Russu

Ir-Renju Unit se jkeċċi 23 uffiċjal diplomatiku Russu wara li r-Russja rrifjutat tispjega kif  l-ex spjun Russu Skripal ġie vvelenat b’sustanza Russa.

Is-sustanza, li taffettwa lin-nervituri, ħalliet lil Skripal u lil bintu f’kundizzjoni kritika.

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-uffiċjali, li għandhom ċans ġimgħa biex jitilqu, ġew identifikati bħala uffiċjali tal-informazzjoni mhux dikjarati.

Ir-Russja baqgħet tgħid li mhux involuta fl-attentat ta’ qtil ta’ Skripal u bintu u rrifjutat tikkoopera mal-gvern Ingliż.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

F’taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Calude Juncker, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni li jagħmel enfasi li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 ta’ Ottubru. F’laqgħa li…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Aktar