Barranin
Ir-Renju Unit illum ineħħi l-maġġoranza tar-restrizzjonijiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, appella għall-prudenza hekk kif il-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 qed jitneħħew mil-lum fl-Ingilterra.

Preżentament fl-Ingilterra qed joħorġu mal-ħamsin elf każ ġdid kuljum, imma bi kważi sebgħin fil-mija tal-popolazzjoni fl-Ingilterra mlaqqma kompletament kontra l-Covid, xjentisti qed jipprevedu li d-dħul fl-isptarijiet, l-effetti severi tal-Covid u mwiet kawża tal-virus ikunu inqas minn meta kien hemm ċirkostanzi fejn l-infezzjonijiet ġodda kuljum ikunu qed jiżdiedu.

Iktar tard il-gvern Ingliż mistenni jħabbar meta se jibda jlaqqam lit-tfal bejn it-12 u s-17-il sena.