Barranin
Ir-Renju Unit inaqqas għal 6 n-nies flimkien u jimmira għal nofs miljun test kuljum

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar miżuri ġodda li se jidħlu fis-seħħ biex jikkontrollaw l-imxija tal-coronavirus li iżda qal jfissrux it-tieni lockdown għall-pajjiż. Ħabbar li l-miżura ta’ gruppi mhux akbar minn sitt persuni se tkun infurzata b’multi u arresti.

Dan qed isir fl-isfond li kien hemm żieda fl-għadd ta’ każi l-aktar fost żgħażagħ ta’ bejn is-17 u l-21 sena. Fl-aħħat sigħat kienu reġistrati aktar minn 2,600 każ ġdid. Il-Prim Ministru Ingliż qal li l-gvern qed jaħdem biex sal-aħħar ta’ Ottubru jsiru man-nofs miljun test kuljum. Tkellem ukoll dwar il-pjan li jibdew isiru testijiet li jagħtu riżultat f’anqas minn 20 minuta.

Ara wkoll:

Mhux permessi ġabriet ta’ iktar minn 6 persuni fir-Renju Unit