Barranin
Ir-Renju Unit irid jattira ħaddiema għall-isptarijiet minn pajjiżi oħra

Is-servizz tas-saħħa pubblika fir-Renju Unit (NHS) mistenni jibda kampanja kbira biex jattira ħaddiema minn barra l-pajjiż.

Qed ikun irrappurtat li tħejjiet strateġija li tolqot lil ħaddiema fis-settur tas-saħħa anki f’pajjiżi fqar barra l-Ewropa.

Dan hekk kif qed ikun stmat li l-NHS se jkollha bżonn 5,000 infermier ġdid kull sena, li jammonta għat-triplu ta’ dak li qed timpjega bħalissa.

Attwalment madwar 12% tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa mhumiex Ingliżi, u għalkemm attwalment l-ikbar ammont ta’ barranin ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, hemm ċans tajjeb li s-sitwazzjoni tinbidel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar