Renju Unit
Ir-Renju Unit jaf jidħol uffiċjalment f’riċessjoni

B’inqas minn 90 jum għal Brexit bdew jidhru l-ewwel sinjali negattivi fuq ix-xefaq tant li jekk it-tielet kwart ta’ din is-sena jerġa’ jkun bħat-tieni wieħed, ir-Renju Unit jidħol uffiċjalment f’riċessjoni.

Ċifri uffiċjali wrew li bejn April u Ġunju li għadda l-ekonomija – għall-ewwel darba f’seba’ snin – ċkienet b’żero punt tnejn fil-mija. Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, l-ekonomija kienet kibret b’żero punt ħamsa fil-mija.

L-ikbar daqqa ta’ ħarta ħadha s-settur tal-manifattura li fit-tieni kwart tas-sena kiseb l-agħar riżultati f’għaxar snin. Daqqa ta’ ħarta wkoll għall-oqsma tal-kostruzzjoni u l-produzzjoni.

Għall-Ministru tal-Finanzi Sajid David, dawn l-aħbarijiet ma xekluhx mit-tħejjijiet għal Brexit tant li ħabbar li r-riforma ferm mistennija dwar in-nefqa pubblika se titħabar wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar