Barranin
Ir-Renju Unit jingħata estensjoni oħra għal Brexit

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, ħabbar li r-Renju Unit se jingħata estensjoni oħra bil-għan li jkun jista’ joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim.

Tusk qal li r-Renju Unit issa għandu ċans jilħaq ftehim fil-House of Commons sal-31 ta’ Jannar 2020, madanakollu l-estensjoni hija flessibli, u għalhekk Brexit jista’ jseħħ qabel din id-data jekk ir-Renju Unit japprova l-ftehim.

Il-ġimgħa li għaddiet Tusk qal li kien tkellem mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, fejn spjegalu r-raġunijiet għalfejn kien se jkun qed jirrakkomanda lill-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jaċċettaw estensjoni.

Kien il-Parlament Ingliż li vvota għal din l-estensjoni, li iżda Johnson ma qabilx magħha.

Ara wkoll:

Il-Kummissjoni Ewropea trid tiddeċiedi kemm se ttul l-estensjoni għal Brexit

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar