Barranin
Ir-Renju Unit ma jeskludix li r-restrizzjonijiet jibqgħu fis-seħħ wara l-21 ta’ Ġunju

Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock, qal li r-Renju Unit lest li jipposponi t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 għal wara l-21 ta’ Ġunju, jekk ikun hemm il-ħtieġa li jsir hekk.

Huwa żied jgħid li ma jeskludix li tibqa’ tintlibes il-maskra u li jibqa’ jsir ix-xogħol mid-dar. Matt Hancock qal li l-varjant Delta, li ġie identifikat l-ewwel fl-Indja, huwa 40% aktar trasmissibbli u li żewġ dożi tat-tilqima jipproteġuh kontrih.

Sadanittant, waqt is-summit tal-G7, il-Prim Ministru Boris Johnson mistenni jħeġġeġ lill-pajjiżi sinjuri biex jikkomettu ruħhom li jlaqqmu lid-dinja kontra l-virus sa tmiem is-sena d-dieħla.