COVID-19
Ir-Repubblika Ċeka tiftaħ il-ħwienet u tneħħi l-obbligu tal-maskri fil-pubbliku

Wara sitt xhur magħluqa r-Repubblika Ċeka llum fetħet il-bibien tal-ħwienet u l-mużewijiet.

Minbarra hekk il-pubbliku ma baqax obbligat jilbes il-maskra fi spazji pubbliċi għalkemm fuq ġewwa l-maskra tibqa obbligatorja.

Sid ta’ ħanut tal-ħwejjeġ qalet li wara xhur magħluqa tistenna li l-pubbliku joħroġ jixtri bi ħġaru.

Petra Linhartova, sid ta’ ħanut, irrimarkat li kienu qegħdin jistennew li l-klijenti jiġu għax xebgħu jistaqsuhom meta se jiftħu.

“Wara ħames xhur naħseb li l-klijenti jkunu jridu ħwejjeġ ġodda”, żiedet Linhartova

Ir-rilaxx ta’ numru ta’ miżuri daħal fis-seħħ hekk kif f’ġimgħa in-numru ta’ każijiet ġodda baqgħu taħt il-100 każ għal kull 100,000 resident.

Minkejja dan ir-restoranti, il-bars u l-lukandi fil-pajjiż għadhom magħluqa.