Barranin
Ir-Repubblikani fis-senat Amerikan qed jistaqsu biex jittardjaw il-proċess ta’ tkeċċija ta’ Trump

Ir-Repubblikani fis-senat Amerikan qed jistaqsu lid-Demokratiċi biex jittardjaw il-proċess tal-impeachment tal-ex president Donald Trump almenu sal-aħħar ta’ Frar.

Trump qed ikun akkużat li instiga l-vjolenza billi pprovoka lill-partitarji tiegħu biex ma jaċċettawx it-telfa elettorali. Wara r-rally tas-sitta’ ta’ Jannar kien hemm protesti u rvelli fil-Kungress Amerikan fejn il-partitarji tiegħu daħlu bil-forza u konsegwenza ta’ hekk mietu ħames persuni,

Ir-repubblikani qed jisħqu li Trump għandu bżonn iħejji għad-difiża hekk kif id-drmokratiċi qed iħejju l-akkużi biex iressquhom fis-senat.