Barranin
Ir-Repubblikani jipproponu pjan ta’ $1tn biex jindirizzaw il-kriżi ekonomika minħabba l-COVID-19

Fl-Istati Uniti, ir-Repubblikani pproponew li ssir nefqa ta’ triljun dollaru biex tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija. Il-pjan jinkludi mitt biljun dollaru għall-iskejjel, u ħlas sa elf u mitejn dollaru għaċ-ċittadini Amerikani li ħafna minnhom tilfu l-impjieg tagħhom. Skont dan il-pjan, din in-nefqa tieħu post is-sitt mitt dollaru li kienu qed jingħataw bħala benefiċċju għal dawk li tilfu l-impjieg.
Id-demokratiċi iżda sejħu dan il-pjan bħala wieħed inadekwat.

Il-Gvern Amerikan diġ nefaq aktar minn 2.4 triljun dollaru f’miżuri ta’ għajnuna, fosthom biljuni ta’ dollari għan-negozji u anki għall-individwi. L-ekonomisit iżda diġa’ qalu li dan mhux se jkun biżżejjed biex jikkumpensa l-ħsara li ġabet magħha l-pandemija.

Is-senatur Mitch Mc Connel qal li r-Repubblikani jridu jaraw kif il-programmi ta’ għajnuna se jkunu effettivi quddiem il-katastrofi li ġabet il-pandemija. Qal li hemm bżonn li almenu l-ħaddiema li tilfu l-impjieg jiġu kkumpensati b’sebgħin fil-mija tal-paga li kellhom biex ir-rota tkun tista’ tibqa’ ddur

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

COVID-19

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq…

Aktar