Barranin
Ir-residenti ta’ Casertano jingħataw €300 biex jadottaw kelb

Is-sindku tal-komun ta’ Casertano, fl-Italja ħareġ b’inċentiv biex inaqqas u jikkontrolla l-ammont ta’ klieb li jiġru barra fit-toroq.

Francesco Imperadore, is-sindku ta’ San Potito Sannitico qal li r-residenti li jiddeċiedu jadottaw kelb se jingħataw għajnuna ta’ €300 biex ikunu jistgħu jsewwu u jlaqqmu l-kelb.

L-inċentiv jingħata lil min jadotta bil-patt u l-kundizzjoni li l-kelb jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u dan, is-sindku qal, se jiġi assigurat b’ispezzjonijiet regolari li se jkunu qegħdin isiru.

Dan l-inċentiv ittieħed flimkien ma’ kampanja sħiħa biex jissewwew il-klieb biex tiġi kkontrollata l-problema ta’ klieb jiġru barra fit-toroq kemm għas-sigurtà tar-residenti kif ukoll tal-klieb.