Kultura
Ir-restawr tal-Gran Salon jiżvela dekorazzjonijiet minn eri differenti

Ix-xogħlijiet ta’ konservazzjoni li bdew sentejn ilu fil-Gran Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt qed jiżvelaw saffi ta’ dekorazzjonijiet minn żminijiet differenti. Id-diffikultà tal-konservazzjoni qed tirriżulta minn ħsara kemm fuq il-wiċċ tal-pitturi mal-ħitan kif ukoll fis-saffi ta’ taħt.

Jeanelle Lentini qalet “intektku fuq il-ħajt biex naraw jekk wara hemm vojt jew le”.  It-tektik tar-restawraturi fuq il-ħajt hu bħal meta tabib jinviżta pazjent. Ix-xogħol tagħhom jagħmluh bl-istess preċiżjoni u attenzjoni kif spjegatilna r-restawratriċi Sephora Borg.

Sephora Borg qalet “ir-restawr huwa li inti tirtokkja biss fejn qed tara li hu abjad, issa qabel li kien jiġri fil-passat peress li ħafna drabi artisti kienu jkomplu jieħdu artistic licence u jgħattu ħafna iktar affarijiet, ir-restawr ta’ bħalissa hu li inti żżomm within the lacuna jiġifieri fejn għandek in-nieqes biss”.

U fis-sala kbira u eleganti magħrufa bħala l-‘Gran Salon tal-Berġa ta’ Provenza, il-Belt fejn hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, għaddej ħafna xogħol ta’ restawr u konservazzjoni.

Ir-restawratriċi Jeanelle Lentini qalet li x-xogħol iffinanzjat mill-Bank of Valletta nbeda ftit aktar minn sentejn ilu b’dokumentazzjoni dettaljata u testijiet xjentifiċi ta’ kif għandu jsir it-tindif u r-restawr tal-pitturi mal-ħitan.

Jeanelle Lentini qalet “li qed nippruvaw nagħmlu huwa li nnadfu dak li huwa iżjed riċenti biex nippruvaw noħorġu l-oriġinal”.

L-isfida ewlenija hi li l-parti t’isfel tas-sala hi differenti mill-kumplament.

Sephora Borg qalet “isfel peress li għandek verniġ u żejt ikun iktar ileqq mentri l-biċċiet ta’ fuq ikunu iktar matti peress li ma jkollokx verniġ, u ovvjament dawn jirrikjedu xogħlijiet differenti, materjali differenti u trattamenti differenti”.

Din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Gran Salon li qed tgħaddi minn konservazzjoni professjonali ta’ dan it-tip wara ħsarat kbar li rriżultaw fost l-oħrajn minn ilma li daħal, akkumulazzjoni ta’ ħmieġ u trab u proġetti preċedenti ta’ restawr li saru mingħajr l-għarfien xjentifiku li jeżisti llum.

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar