Lokali
Ir-restoranti u l-isnack bars se jibdew jiftħu sa nofsillejl fl-24 ta’ Mejju

Id-deputat Prim Ministru ħabbar li mill-24 ta’ Mejju li ġej, ir-restoranti se jkunu jistgħu jiftħu sa nofsillejl.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-deputat Prim Ministru qal li dakinhar ukoll se jkunu jistgħu jiftħu sa nofsillejl l-isnack bars.

Il-pools se jibdew jiftħu sat-8 ta’ filgħaxija, iżda restritti għall-għawm.

Dakinhar ukoll se jiftħu l-bibien tagħhom il-gyms madwar il-pajjiż b’għadd ta’ protokolli. Dawn ma jinkludux il-klassijiet

Se jiftħu wkoll id-day centres u jibda l-contact sports għal atleti minn 17-il sena ‘l fuq.