Current Affairs
Ir-Ribelli jirbħu Vot Kruċjali fir-Renju Unit

Ir-ribelli konservattivi u l-membri tal-oppożizzjoni rebħu vot kruċjali kontra l-gvern Ingliż biex jipprovaw jgħaddu liġi mill-parlament li tipprevjeni Brexit mingħajr ftehim.

Il-vot li ittieħed wara diskussjoni li saret b’urġenza fil-House of Commons u li ħadet madwar tliet siegħat. Il-vot intrebaħ b’maġġoranza ta’ 328 vot għal tliet mija u vot wieħed biex il-grupp ikun jista’ jieħu l-kontroll tal-aġenda parlamentari. Dan ifisser li b’maġġoranza ta’ 27 vot, il-membri parlamentari ribelli se jkollhom is-setgħa li jressqu abbozz ta’ liġi li jipposponi t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għal wara il-31 ta’ Ottubru jekk ma jkunx hemm ftehim. Fl-ewwel reazzjoni, il-prim ministru Boris Johnson qal fil-parlament li se jressaq mozzjoni biex isejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.

Aktar qabel…

Fil-House of Commons tar-Renju Unit, ittieħed vot biex jiddetermina jekk it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ikunx pospost għall-wara il-31 ta’ Ottubru b’uffiċjali minn 10 Downing Street iwissu li l-prim ministru se jkollu jsejjaħ elezzjoni jekk jirbħu dan il-vot.

Dan wara li grupp ta’ deputati ribelli mill-Partit Konservattiv li qed jaħdmu ma’ deputati tal-Oppożizzjoni Laburista ikkonvinċew l-ispeaker tal-House of Commons biex japprova b’urġenza diskussjoni parlamentari dwar abbozz ta’ liġi li ma jippermettix lill-Prim Ministru Boris Johnson biex jesegixxi it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim fil-31 ta’ Ottubru li ġej.

Għal Boris Johnson, l-iżviluppi tal-llum seħħew bħal leħħa ta’ berqa hekk kif il-Gvern immexxi minnu tilef il-maġġoranza. Fl-ewwel seduta tal-House of Commons wara l-btajjel tas-sajf, l-eks Ministru tal-Ġustizzja Konservattiv Phillip Lee formalment qasam il-kamra u ngħaqad fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni mad-deputati tal-Liberal Demokratiċi.

Fl-ittra tar-riżenja Phillip Lee qal li hu jħoss li ma jistax iservi aktar lill-konstitwenti tiegħu u l-interessi tal-pajjiż bħala membru parlamentari f’isem il-Partit Konservattiv/ Il-Gvern ta’ Johnson, li minnu nnifsu diġa huwa Gvern minoritarju għax jistrieħ fuq id-deputati tad-DUP mill-Irlanda ta’ Fuq biex jgħaddi l-liġijiet, kellu maġġoranza ta’ wieħed li issa tilef.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Current Affairs

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva unanimament mozzjoni li tressqet mill-kap tal-partit Nazzjonalista Adrian Delia biex il-mandat tal-uffiċċjali attwali tal-Partit, tal-Kumitati u tal-fergħat ikun estiż sa mhux aktar mill-31 ta’ Marzu…

Aktar