Lokali
Ir-riskji fuq is-sigurtà u saħħet il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni

Ir-riskji fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni kienet it-tema ewlenija tratta f’seminar organizzat mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).

Matul is-seminar ħareġ li l-industrija tal-kostruzzjoni qed tevolvi tant li r-riskji qed jiżdiedu minħabba li iktar ħaddiema barranin qed jaħdmu f’dan is-settur, iktar ħaddiema qed jaħdmu għal rashom, u livell baxx ta’ ċertu ħiliet fost affarijiet oħra.  Intqal li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha rwol importanti minħabba l-kontribut li tagħti lill-prodott gross domestiku.

Iċ-Chairman tal-OHSA Emanuel Mallia qal li biex tonqos ir-rata tal-inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni jeħtieġ tingħata aktar attenzjoni lis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.  Qal li minkejja t-tnaqqis irreġistrat fl-inċidenti li seħħew fl-aħħar 15-il sena, xorta hemm bżonn ta’ iktar impenn biex jibqgħu jonqsu l-inċidenti f’dan is-settur.