Ir-riskji wara x-xiri mid-dark web

Id-Dark web hija kollezzjoni ta’ siti u attività fuq l-internet li kif jispjega tajjeb l-isem tagħha hija inviżibbli għas-search engines. Dawn is-siti joperaw b’mod anonimu għalhekk hemm ċans kbir li jkunu illegali. Din l-attività saret il-bejta tal-kriminali onlajn. Għalhekk il-konsumatur qatt ma għandu jħalli software mqabbad mad-dark web meta jaċċessa l-kompjuter. Huwa importanti li ma jiġux imniżżla files mid-dark web għaliex is-sors tagħhom qatt ma jista’ jiġi vverifikat. Iktar minn hekk, ħadd ma għandu jixtri minn dawn is-siti għaliex hemm riskju kbir li l-konsumatur jiġi ngannat jew misruq u minħabba n-natura anonima tagħhom, l-awtoritajiet ma jkunux jistgħu jassistu biex jiġi rkuprat dak mitluf.

Kun ċert minn dak li trid tikseb!