Politika
‘Ir-riżenja ta’ Joseph Muscat biss tista’ tibda l-proċess ta’ fejqan’ – Alternattiva Demokratika

L-Alternattiva Demokratika fi stqarrija sostniet li r-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat biss tista tagħti bidu għall-proċess ta’ fejqan għall-pajjiżna. Qalet li dan għadu ma wasalx biex jaċċetta dak li ilu inevitabbli għal numru ta’ ġimgħat, jiġifieri li ma jistax jibqa’ Prim Ministru ta’ Malta la għażel li jipproteġi lil persuni ta’ madwaru.

“Bl-aġir tiegħu, Muscat ta l-impressjoni li l-korruzzjoni hija tollerata. Ta l-impressjoni distinta wkoll li l-korrotti għandhom ħakma fuq il-Prim Ministru nnifsu.”

Qalet li dan kollu sar inkwetanti meta jitqies li l-Prim Ministru għamel użu minn “kostituzzjoni dgħajjfa li tikkonċentra l-poter f’idejn il-Prim Ministru nniffsu, u kompliet tneżża’ lill-pajjiż minn istituzzjonijiet indipendenti li jservu ta’ checks and balaces effettivi fuq l-operat tal-Gvern.”