Propjetà
Jinbiegħu ‘l fuq minn €3 biljun fi proprjetà fis-sena tal-pandemija – MDA

L-inċentivi tal-Gvern fis-suq tal-proprjetà mhux biss ħallew ir-riżultat mixtieq, iżda qabżu l-aspettattivi. Dan qalitu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA), b’referenza għall-miljuni li qalet li l-industrija tal-proprjetà ħalliet fl-ekonomija permezz tat-taxxi.

Fi stqarrija l-MDA qalet li l-ewwel statistika turi li bejn Jannar u Diċembru 2020, is-suq Malti tal-proprjetà rreġistra 13,867 konvenju, b’bejgħ ta’ iktar minn €3 biljun.

Dan ir-riżultat huwa aħjar minn dak tas-sena preċedenti, fejn fl-2020 ġew irreġistrati 624 konvenju iktar.

Intqal li l-istatistika turi li Diċembru li għadda kien l-aħjar wieħed mill-2017, fejn il-valur tal-bejgħ laħaq €382 miljun.