“Ir-road map ekonomiku tal-Gvern kien li jkabbar il-popolazzjoni b’effetti negattivi fuq saħħitna” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-road map ekonomiku tal-Gvern li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni wasslet għal impatt negattiv fuq il-ħajja tal-Maltin.

Huwa kien kwotat fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista waqt li kien qed jitkellem fil-Mellieħa f’attività li tfakkar l-Indipendenza 55 sena ilu. Dr Delia qal li l-Gvern mhux qed jaħseb fit-tul u ħalla lill-pajjiż f’konġestjoni ta’ traffiku, arja maħmuġa, nuqqas ta’ spazji miftuħa u kirjiet u prezzijiet tal-propjetà għoljin.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-mudell ekonomiku tal-Gvern wassal għal bosta proġetti bla pjan u inkonvenjent kbir maħluq minn siti ta’ kostruzzjoni.

Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se joffri pjan fit-tul u ekonomija sostenibbli li tqassam il-ġid b’mod ġust, pagi tajba, jerġa’ jpoġġi l-ambjent fuq l-aġenda u jassigura ħajja b’dinjità għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar